Lokali
€1 miljun lill-iskejjel biex l-għalliema ma jixtrux il-lunch tal-istudenti minn buthom

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda jitħaddem il-fond soċjali ta’ €1 miljun li se jingħata direttament lill-uffiċjali tal-iskejjel biex jgħinhom jagħmlu tajjeb għal nuqqasijiet materjali li jkollhom diversi studenti.

Fl-aħħar jiem qamet kontroversja fuq il-midja soċjali b’rabta ma’ ritratt li tellgħet għalliema u li kien juri lunch li ma tantx kien jidher appetituż. F’reazzjoni l-MUT qalet li l-għalliema m’għandux ikollhom joqgħodu jipprovdu l-lunch lil ċertu studenti minn buthom u jieħdu fuqhom responsabbiltajiet li suppost huma tal-ġenituri.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni qabel li mhuwiex aċċettabbli li l-għalliema jħallsu għal-lunch tat-tfal. Qal li kien ħadem fuq is-sitwazzjoni ta’ tfal li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet soċjali, u li l-fond ta’ €1 miljun li tħabbar għall-ewwel darba fil-baġit li għadda huwa mmirat li jindirizza b’mod immedjat dawn il-problemi.

Bħala miżuri fit-tul, il-Ministeru qal li żied mal-mitt ħaddiema relatati mal-appoġġ soċjali u counselling fl-iskejjel. Qal li flimkien mal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qed ikomplu jaħdmu biex jindirizzaw il-problemi li jiffaċċjaw ċertu familji, li mhux neċessarjament ikollhom bżonn għajnuna finanzjarja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Persuni li l-ġimgħa li għaddiet żaru ċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid stqarrew ma’ tvm.com.mt li baqgħu ddiżgustati bl-iskart goff mormi barra dan iċ-ċimiterju. L-iskart intlemaħ barra l-ħitan taċ-ċimiterju, mid-daħla ta’ Triq…

Lokali

Fl-intervent tiegħu llum fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika s-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija li qal ġie żarmat mir-riżorsi bit-tluq ta’ diversi uffiċjali għolja u fl-istess waqt qal li daħlu 27 pulizija…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-pjan tal-Gvern għall-Airmalta meta kien qed jindirizza l-Parlament.  Huwa appella għal ftehim mal-unions għax wissa li l-pjani tal-Gvern għat-tkabbir tal-Air Malta ma jkunx sostennibli…

Lokali

Fil-jiem li għaddew bosta kkummentaw fuq il-media soċjali dwar l-inkonvenjent li ħoloq vann meta kien qed jimblokka l-bankina fi Triq it-Torri tas-Sliema. Jirriżulta li l-vann tħalla pparkjat mill-iktar żoni ffrekwentati…

Aktar