Qorti
€1,000 u sentenza sospiża wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Axel Vella ġie mmultat elf ewro, u ngħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiżi għal erba’ snin għax kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każ li għadu qed jistenna quddiem il-Qorti dwar it-traffikar ta’ droga.

L-Ispettur Mark Mercieca spjega li ż-żgħażugħ ta’ 24 sena mill-Isla, naqas milli jiffirma darbtejn fl-għassa tal-Pulizija u ħareġ minn daru f’ħinijiet li kellu jkun irrinkazat.

L-avukat difensur, Arthur Azzopardi, qal li l-imputat ħareġ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt ifittex lis-sieħba tiegħu li kienet fl-akkwati ta’ Paceville biex jirranġa xi differenzi li kellu magħha.

Il-Maġistrat Ian Farrugia nnota l-fedina penali tal-imputat, u wissietu biex ma jerġax jiżbalja.