Toroq
€140 miljun għall-finanzjament ta’ proġetti infrastrutturali

Il-Kummissjoni Ewropea approvat aktar minn €140 miljun għall-finanzjament ta’ għadd ta’ proġetti infrastrutturali fosthom is-Central Link Project; proġett maħsub biex itaffi l-konġestjoni tat-traffiku f’Ħ’Attard u l-inħawi, bix-xogħol fuqu mistenni jibda lejn l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg qal li l-bini tal-mini ta’ Santa Luċija u t-twessigħ ta’ Triq Buqana huma fost proġetti oħra li se jibbenefikaw minn fondi Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, qal li b’dawn il-flus se jsiru wkoll proġetti marittimi fosthom it-tisħiħ tal-breakwater tal-Belt u t-tħammil fil-Port in-naħa tal-Marsa. Dr Farrugia qal li dawn il-proġetti se jgħinu biex tkompli titkattar l-ekonomija bl-industrija marittima.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Ilbieraħ, f’Sibt il-Għid, il-Bormliżi inawguraw l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Ma’ TVM ir-restawratriċi Valentina Lupo kienet spjegat li l-istatwa kellha erba’ problemi, fosthom diversi qsim fl-injam. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Aktar