Lokali
€150,000 għal 10 Kunsilli Lokali għal xogħlijiet fuq il-housing estates

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 bejn għaxar kunsilli lokali biex jiġu rrenovati l-oqsma tad-djar tal-Gvern fil-lokalitajiet tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li din l-għajnuna se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ aktar minn 220 familja.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes ħabbar li l-housing estates li se jsir ir-rinovar fihom jinsabu l-investiment fil-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Marsa, Ta’ Xbiex, il-Floriana, l-Imsida, iż-Żejtun, Santa Venera, Santa Luċija u San Ġiljan. Is-Sur Galdes qal li x-xogħol li se jsir f’dawn il-housing estates se jkun fost l-oħrajn dak ta’ tisbiħ, tibjid u manutenzjoni ta’ biex jiġu mtejba l-kwalità tal-ħajjiet tal-familji li jgħixu fihom. Huwa qal li b’dan il-programm ta’ xogħol bi spiża ta’ €150,000 se jkun ifisser li bejn l-2017 u din is-sena, se jkun sar investiment ta’ nofs miljun Ewro fil-housing estates tal-Gvern.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li l-Awtorità qed taħdem biex issib akkomodazzjoni mill-privat bil-għan li taqta’ mil-lista ta’ 3,200 persuna li qed tistenna akkomodazzjoni soċjali. Qal li bil-ħidma mal-kunsilli, l-Awtorità qed tistinka biex tkun aktar viċin in-nies. L-Awtorità tad-Djar timmaniġġja 7,600 akkomodazzjoni soċjali.

Leonid McKay qal “qegħdin nifhmu li hemm diffikultajiet u l-Awtorità mhux tħares biss lejn housing soċjali imma skemi oħra biex tindirizza bżonnijiet varji tas-soċjetà llum”.

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-isfidi tal-akkomodazzjoni soċjali qed jikbru minħabba r-realtajiet soċjali fosthom b’koppji li b’xorti ħażina qed jisseparaw.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr. Godfrey Farrugia, iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta ħabbar it-tliet kandidati tiegħu, il-PD kien indika li dawn in-nomini kienu finali, u li ma kinux se…

Kronaka

Qed issir tfittxija għal Mary Muscat li ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April 2019 għall-ħabta tat-15:00. Hija dehret l-aħħar nhar is-17 t’April 2019 għall-ħabta tal-23:35. Mary Muscat tbati bid-Dimenzja. Kull min…

Reliġjon

Tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti se jirċievu s-sagramenti tal-bidu tal-ħajja nisranija mill-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna, illejla, waqt iċ-ċerimonja tal-Vġili tal-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid se…

Kronaka

Karozza tat-tip Mitsubishi Shogun qalbet mutur tal-pulizija fil-Ħamrun. Il-Pulizija qalet li dan ġara wara li l-pulizija waqqfu ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien iżda dan ma koperax, irreżista u…

Aktar