Lokali
€17,000 bejn 5 għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali

Ħames għaqdiet li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali se jaqsmu bejniethom aktar minn sbatax-il elf ewro biex jagħmlu proġetti b’risq l-annimali.

L-għaqdiet li se jibbenefikaw minn dan il-fond huma Tomasina, CSAF, l-AAA, Island Sanctuary u Noah’s Ark li jieħdu ħsieb annimali abbandunati.

Waqt il-preżentazzjoni tal-fondi fil-kwartieri tal-CSAF f’Bormla, is-Segretarju Parlamentari responsabbli għad-drittijiet tal-annimali, Clint Camilleri qal li dawn l-għaqdiet jaħdmu biex dawn l-annimali jkunu addottati u jinżammu f’post fejn qed ikunu mħarsa kif suppost.

Il-Perit Camilleri qal li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għaddej b’ħidma kontinwa mal-għaqdiet mhux governattivi biex jinstabu postijiet għal dawn l-annimali. Qal li se jkomplu jsiru emendi fil-liġijiet biex ikun hemm aktar miżuri li jservu bħala deterrent għal dawk li jaħqru l-annimali.