Lokali
€170,000 f’fondi għall-kmamar tan-nar

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li għalqet kamra tan-nar minħabba nuqqas ta’ distanza mit-triq, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru emendi fil-liġi bil-għan li ma jkunx hemm aktar lok ta’ misinterpretazzjoni. Sadanittant, tnieda fond li minnu jistgħu jibbenefikaw is-36 kamra tan-nar biex itejjbu l-infrastruttura u s-sigurta fl-operat tagħhom.

Fl-isfond tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li annullat il-permess ta’ kamra tan-nar fil-limiti taż-Żebbiegħ, minħabba li mhix mibnija f’distanza ta’ 183 metru mit-toroq tal-madwar, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal lil TVM li din is-sentenza ġiet diskussa fil-kabinett. Qal li fil-jiem li ġejjin, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia se jipproponi emendi fil-liġi dwar il-kmamar tan-nar.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal ”il-liġi kif inhi qed tagħti lok ta’ interpretazzjoni u tista’ tiġi interpretata b’mod differenti u allura s-sustanza tas-sentenza hija bbażata fuq interpretazzjoni partikulari tal-liġi. Bis-saħħa ta’ intervent leġiżlattiv se nkunu qed nintervjenu sabiex ma jkunx hemm lok ta’ interpretazzjoni li jagħti riżultati li jkunu b’xi mod bħal dawk li rajna f’dik is-sentenza.”

Sadanittant, bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà u l-infrastruttura fil-kmamar tan-nar, il-Ministru Bonnici nieda fond ta’ €170,000. Qal li kull kamra tan-nar liċenzjata tista’ tibbenefika sa €5,000. Hu qal li din hija l-ewwel darba li ser tingħata għajnuna finanzjarja lill-piroteknika.

Dan il-fond huwa parti minn programm amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti. Iċ-chairman eżekuttiv tal-Kunsill, Albert Marshall, qal li l-Maltin qed jagħmlu isem fix-xena internazzjonali tal-arti piroteknika u għalhekk wasal il-mument li tingħata għajnuna biex il-pirotekniċi Maltin ikomplu jipperfezzjonaw ix-xogħol tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’digriet ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Knisja Parrokkjali Matriċi ta’ Stella Maris ġiet mgħollija għad-dinijtà ta’ Knisja Arċipretali. Hekk, il-kappillan tal-Parroċċa, fil-preżent Mons. Anton Portelli, jkollu wkoll it-titlu ta’…

Lokali

Xena mill-isbaħ tal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini kif probabbli qatt ma rajtha. Dan ir-ritratt, li ttieħed mill-astronomu Joseph Caruana, jagħtina ħjiel tal-ġmiel naturali li kienu jgawdu missirijietna, u li llum sfortunatament…

Lokali

Fl-1 ta’ Lulju, fil-pjazza ewlenija tal-Qala, l-Għaqda Briju San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex se jorganizza l-‘Festa Għawdxija’. Dan l-avveniment se jsir proprju meta l-istaġun tal-festi f’pajjiżna jkun fl-aqwa tiegħu….

Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq €100 flus kontanti minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ fi Triq Karlu Maratta għall-ħabta tan-nofsiegħa. Ir-raġel talab lill-kaxxiera biex tagħtih il-flus kollha, kif…

Aktar