Saħħa
€2.5 miljun għar-riċerka tal-kanċer f’Malta

Riċerkaturi fl-Università ta’ Malta se jgawdu sa nofs miljun ewro fis-sena, għall-ħames snin li ġejjin, permezz ta’ fondi provduti mill-Emanuele Cancer Research Foundation Malta. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, Marie-Louise Coleiro Preca, qalet li l-għan tal-fondi jorbot mal-viżjoni tal-fondazzjoni li tnaqqas l-effett u l-piż tal-marda tal-kanċer fuq il-poplu.

Fil-ħames snin li ġejjin, ir-riċerka tal-kanċer f’Malta se tibbenefika minn €2.5 miljun mill-Emanuele Cancer Research Foundation. Din il-Fondazzjoni, li twaqqfet sentejn ilu, hi sħubija bejn il-Malta Trust Foundation, l-Università ta’ Malta u l-Fondazione Terzo Pilastro.

Fit-tnedija tas-sejħa għall-proġetti ta’ riċerka, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, Marie-Louise Coleiro Preca, qalet li l-flus se jintużaw minn riċerkaturi fl-Università ta’ Malta bil-għan li tonqos l-inċidenza tal-kanċer, jitjieb it-trattament u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti.

“Għandna riċerkaturi bravi li jaħdmu fl-Università imma naturalment mhux biżżejjed li jkunu bravi imma għandhom bżonn il-mezzi biex jagħmlu din ir-riċerka. Wieħed jittama li ma ndumux ma jkollna skoperti u anki trials li jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom il-pazjenti Maltin.”

Il-President Emeritu spjegat li dawn il-fondi jikkumplimentaw investiment ieħor ta’ €2.5 miljun li bih inxtara tagħmir speċjalizzat għax-xjentisti fl-Università.

Ir-Rettur tal-Univesità, il-Professur Alfred Vella, qal li bħalissa hemm madwar 60 riċerkatur bejn akkademiċi, tobba u studenti li qed jaħdmu fuq studji dwar il-kanċer fl-Università. Appella lir-riċerkaturi biex iressqu proposti innovattivi.

“Huwa importanti li persuni jew gruppi ta’ riċerkaturi jagħmlu proposti ta’ kif jistgħu jkomplu r-riċerka li qed jagħmlu f’direzzjonijiet ġodda u bejniethom jikkompetu għas-somma li għandhom bżonn.”

L-Emanuele Cancer Research Foundation qalet li dawn il-fondi se jpoġġu lil Malta fuq il-mappa tar-riċerka dwar il-kanċer, fl-istess waqt li għaddejjin sforzi għal kollaborazzjonijiet ma’ istituti oħra ta’ riċerka fl-Ewropa u fiċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

Din hi ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnal tal-lum, il-Ħadd 9 ta’ Awwissu 2020. Times of Malta Storja fl-ewwel paġna tal-ġurnal The Times of Malta tgħid li aġent tax-shipping Malti huwa…

COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Aktar