Lokali
€2 miljuni f’rifużjoni għall-vapuri u l-kumpaniji tal-merkanzija

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż fuq l-importaturi u tipproteġi lill-konsumaturi minn żieda fil-prezzijiet.

L-operaturi fil-portijiet u l-kumpaniji li jġorru l-merkanzija se jkunu intitolati għal rifużjoni ta’ spejjeż li ġġeneraw fl-eqqel tal-pandemija. Għal din l-iskema, li se tiġi amministrata minn Transport Malta, il-Gvern alloka iktar minn €2 miljun.

Il-Kaptan David Bugeja minn Transport Malta spjega li l-vapuri li daħlu fil-portijiet Maltin bejn Diċembru tas-sena l-oħra u Mejju li għadda se jkunu intitolati għal rifużjoni ta’ 35% fosthom fuq ħlasijiet għall-port u servizzi ta’ rmiġġ. L-iskema tapplika wkoll għall-kumpaniji li jimportaw u jesportaw il-merkanzija . . . b’kull trailer hu eliġibbli għal rifużjoni ta’ €40 filwaqt li kull container hu eliġibbli għal rifużjoni ta’ €20.

“Irridu nirrikonoxxu li din s-supply chain insostnuha għax Malta bħala gżira kemm għall-aspett domestiku tal-konsumaturi u għall-industrija, mingħajr servizz regolari ċerti jkollna diffikultajiet fl-andament ta’ kif jitmexxew l-affarijiet fil-pajjiż,” qal il-Kaptan David Bugeja.

Fit-tnedija tal-iskema, il-Ministri Ian Borg u Silvio Schembri qalu l-Gvern irid jgħin l-industrija marittima tqum fuq saqajha mid-daqqa li ħadet waqt il-pandemija. Huma qalu li l-iskema tipproteġi lill-konsumaturi minn żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali fosthom l-ikel u l-mediċini.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar