Qorti
€2,000 multa talli weġġa’ passiġġiera f’karozza huma u sejrin għal picnic

Żagħżugħ ġie mmultat €2,000 wara li nstab ħati li weġġa’ tfajla riekba miegħu f’ħabta ma’ vettura oħra.

Huwa kien mixli li fid-9 ta’ Frar 2014, fi Triq l-Infetti fl-Imdina, ikkaġuna ġrieħi gravi fuq tliet tfajliet.

Huwa kien akkużat ukoll li kkaġuna ħsara fil-vettura ta’ Borg u f’ċint ta’ għalqa b’dannu għal Nazareno Axiaq.