Kultura
€200,000 lill-Għaqda Każini tal-Banda mill-Fond għall-Kawżi Ġusti

Il-Każini tal-banda kollha ta’ Malta u Għawdex se jibbenefikaw minn €200,000 li l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjari Edward Scicluna, bħala l-Ministru li jamministra l-Fond għall-Kawżi Ġusti, ta lill-Għaqda Każini tal-Banda, sabiex jitqassmu f’ammonti ndaqs bejn il-Każini tal-banda kollha.

Din l-għotja saret b’rikonoxximent għall-impenn soċjo-kulturali li dawn il-każini jagħtu lejn is-soċjetà Maltija, fejn il-maġġoranza tagħhom jagħmlu dan fuq bażi volontarja biex ikattru l-kultura Maltija fejn tidħol il-mużika u l-festi tradizzjonali. Fil-laqgħa, il-Ministru Scicluna rrikonoxxa l-irwol li dawn il-każini, kemm f’dak li huwa tagħlim ta’ mużika liż-żgħażagħ u kif ukoll fl-attivitajiet li jiġu organizzati tul is-sena kollha.

Il-Ministru Scicluna qal li fid-dawl tal-pandemija Covid-19, tħassru l-festi kollha u r-restrizzjonijiet li daħħlu, fisser ukoll li l-introjtu finanzjarju għal dawn l-għaqdiet naqas jew waqaf u dan ġab sfidi oħra għall-kumitati li jmexxu l-għaqdiet.

Il-Ministru Scicluna kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjari u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo. L-Għaqda Każini tal-Banda kienet rappreżentata għal din il-laqgħa mill-President Dr Noel Camilleri, mit-Teżorier is-Sur Christopher Briffa u mil-Amministratur tal-Għaqda s-Sur Randal Micallef.

Il-każini tal-baned huma mitluba biex sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2020, jibgħatu ittra bid-dettalji tagħhom, liema ittra trid tkun iffirmata mill-President u t-Teżorier tal-għaqda kkonċernata u mibgħuta lill-

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjari,

Good Causes Fund – Skema Covid-19 Każini tal-Baned,

Maison Demandols,

Triq in-Nofsinhar,

il-Belt Valletta

Iċ-ċekkijiet lill-każini tal-banda ser ikunu qed jintbagħtu sa-l-aħħar ta’ Mejju 2020.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar