Sport
€20,750 għal 5 għaqdiet sportivi Għawdxin li bbenefikaw mill-isports scheme

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena.

L-għaqdiet li bbenfikaw huma:

  • Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling fastpitch international tournament’;
  • The Scout Association of Xagħra, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Canoeing through Crystal Cear Water’;
  • Gozo Cycling Club, li se ngħataw is-somma ta’ €3,950 bit-titlu tal-proġett ‘Gozo Cycling National Race Festival 2020’;
  • Athelitx AC, li ngħataw is-somma ta’ €1,800 bit-titlu tal-proġett ‘Triangular League Gozo Leg 2020’;
  • SK Victoria Wanderers, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 għall-proġett ‘Next Level Football’.

F’ċerimonja organizzata mill-Ministeru għal Għawdex u li matulha l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ta l-grant agreements, qal li l-isport huwa ħolqa importanti fil-kwalità tal-ħajja: “Irridu li kull tifel u tifla f’pajjiżna jkollhom l-opportunità li jipprattikaw l-isport li jixtiequ. Irridu nrawmu u nsaħħu kultura sportiva sa mill-etajiet bikrin.”

Huwa temm jgħid li l-għan ewlieni tal-Ministeru għal Għawdex huwa li nippromwovu aktar l-isport u nattiraw aktar parteċipazzjoni fl-isport għal ħajja aktar sana. Din hija r-raba’ darba li l-Ministeru ħareġ l-isports scheme, li għandha l-iskop li tgħin lill-għaqdiet sportivi Għawdxin fit-twettiq ta’ proġetti varji.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar