€230,000 għal erba’ għaqdiet artistiċi u kulturali Għawdxin

Erba’ għaqdiet u proġetti artistiċi ibbażati f’Għawdex se jibbenefikaw minn €230,000 kull sena biex jiżviluppaw l-proġetti tagħhom għat-tliet snin li ġejjin.

Dawn huma il-Victoria International Arts Festival, il-festival tal-mużika Gaulitana u l-produzzjonijiet operistiċi mtella’ seperatament mit-teatri Aurora u Astra. L-inizjattiva għal din l-għajnuna qed tittieħed mill-Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-Ministeru għal Għawdex.

ll-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u ċ-chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qalu li l-erba’ għaqdiet ntgħażlu biex jibbenefikaw minn fondi minħabba li lkoll eċċellew fil-produzzjonijiet tagħhom li fihom ħadu sehem artisti li ddistingwew ruħhom lokalment u internazzjonalment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Aktar