Bil-filmat: €3.5 miljun biex jitneħħew il-fosos fil-Baħrija

 

 

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed timbarka fuq proġett ambizzjuż biex fiż-żmien li ġej tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ mill-Baħrija għal mar-Rabat u b’hekk twaqqaf darba għal dejjem l-użu tal-fosos tad-drenaġġ.

fossaWaqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed jinvesti mat-€3.5 miljun biex iwassal l-infrastruttura tas-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija. Dan il-proġett se jgħin lil madwar 400 familja li joqogħodu fiċ-ċentru tal-Baħrija u 100 resident ieħor li jgħixu fil-limiti tal-irħajjel ta’ Għajn Kajjet, tas-Salvatur u Bieb ir-Ruwa.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-komunità tal-Baħrija kibret ħafna fl-aħħar 20 sena u minkejja li kompliet tikber matul is-snin, għadha bis-sistema ta’ fossa fejn jiġi l-bowser tmien darbiet kuljum biex ibattal id-drenaġġ.

Dr Borg qal li l-Gvern permezz tal-Korpazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rnexxielu jikseb il-fondi Ewopej biex isolvi problema kbira li tmur lura għall-1975, mindu bdiet tintuża l-ewwel fossa.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar