COVID-19
€3 miljuni għall-għaqdiet volontarji biex jirkupraw mill-pandemija

500 ħaddiem fil-qasam tal-volontarjat, li kellhom xogħolhom mhedded minħabba l-pandemija, mhux se jitilfu ħobżhom billi l-għaqdiet volontarji fejn jaħdmu se jkunu eliġibbli għal fond ta’ €3 miljuni biex ipattu għat-telf li sofrew.

L-imxija qatgħet fil-laħam il-ħaj anke tal-għaqdiet volontarji b’ħafna minnhom spiċċaw qoxqox għax kellhom iwaqqfu l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi. Bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, l-għaqdiet se jibbenefikaw minn fond ta’ €3 miljuni biex jirkupraw.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima, qal li dan huwa l-ikbar investiment li qatt sar fil-qasam tal-volontarjat. Dr Grima rrimarka li dawn il-flus se jgħinu biex il-ħaddiema mal-għaqdiet ma jispiċċawx fixxa.

“Wieħed jistma li 500 ħaddiem li jaħdmu fis-settur u li kieku ma kienx għal dan l-investiment li se nkunu qed nagħmlu kienu jispiċċaw qiegħda u allura jkunu ta’ piż fuq il-pajjiż,” qal is-Segretarju Parlmaentari għall-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima.

Iċ-Chairman tal-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat, Noel Camilleri, qal li bl-effetti tal-imxija diversi għaqdiet spiċċaw darhom mal-ħajt.

“Kieku ma ngħatax dan il-fond wara li sar l-intervent mill-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat, ħafna minn dawn kienu se jagħlqu għal dejjem,” qal iċ-Chairman tal-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat Noel Camilleri.

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li l-fondi se jagħtu nifs ġdid lill-għaqdiet li jagħmlu xogħol ta’ fejda f’diversi oqsma. Il-fond se jkun amministrat mill-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat u l-applikazzjonijiet jibdew jintlaqgħu mit-Tnejn li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

COVID-19

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-istrateġija tiegħu kontra l-coronavirus sejra tajjeb, minkejja ż-żieda fil-każijiet madwar il-pajjiż kollu. Fil-messaġġ tiegħu tal-4 ta’ Lulju, Trump qal li pajjiżu qed jagħmel…

Aktar