COVID-19
€3,000 multa meta ma tinżammx id-distanza soċjali waqt attività tal-massa

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru.

Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat mill-Gvern. Fl-avviż legali ġie spjegat li kull  avveniment  pubbliku  tal-massa  organizzat għandu jżomm ma’ dawn ir-regolamenti:

  • Il-kapaċità massima ta’ dawk li jattendu ma għandhiex taqbeż persuna waħda għal kull erba’metri kwadri fl- ispazju fejn avveniment pubbliku tal-massa jkun se jiġi organizzat;
  • Dawk li jattendu jistgħu jinġabru fi gruppi ta’ mhux aktar  minn  10  persuni,  b’żewġ  metri  distanza  li għandha tinżamm bejn grupp ta’ 10 persuni u ieħor;
  • Kwalunkwe  avveniment  pubbliku  tal-massa organizzat  li  jaqbeż  il-kapaċità  ta’  100 persuna  li  tattendi, għandha tiġi sottomessa formula preskritta ta’ analiżi tar-riskju mill- organizzatur tal-avveniment mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u dak l-avveniment għandu jkun organizzat biss wara l-approvazzjoni tal-formula tal-analiżi tar-riskju mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

Kull organizzatur ta’ avveniment li jonqos milli josserva d- dispożizzjonijiet ta’ dawn  ir-regolamenti  jkun  ħati  ta’  reat  u  jeħel, meta jinstab ħati, penali ta’ 3,000 għal kull darba mill-okkażjonijiet  li  l-organizzatur  tal-avveniment  jikser  dawn  ir- regolamenti.

Aħbarijiet Oħra

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar