Lokali
€300,000 f’boroż ta’ studju fl-arti – jistgħu japplikaw studenti minn 11-il sena ‘l fuq
Bil-ħsieb li jkompli jiżdied il-profesjonaliżmu fil-qasam tal-arti, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda skema ohra ta’ boroż ta’ studju għal studenti li jixtiequ jispeċjalizzaw f’xi qasam tal-arti. F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-allokazzjoni finanzjarja din is-sena żdiedet €50,000 fuq is-snin l-oħra.

Il-Gvern fetaħ sejħa oħra għal Boroż ta’ Studju fl-Arti. Din is-sena, il-Gvern qed jalloka €300,000 sabiex jinvesti fiż-żgħażagħ li jixtiequ jiżviluppaw it-talenti tagħhom fiż-żfin, fil-mużika, fl-arkitettura, fl-arti viżiva u fil-kitba kreattiva.

Studenti minn 11-il sena ‘l fuq issa jistgħu japplikaw għal dawn il-boroż ta’ studju li qabel kienu miftuħa għal persuni li jkunu għamlu l-edukazzjoni terzjarja.

Sylvana Caruana, l-Amministratur tal-Boroż ta’ Studju qalet li għalkemm din is-sena qed tiftaħ iżjed l-opportuntitajiet għal studju avvanzat.

“Huwa tajjeb dawn l-istudenti minn 11-il sena jibdew jitrawmu f’ambjent li huwa iktar professjonali. Innutajna wkoll li din l-iskema se tagħti ħafna self-confidence f’dak li jkun u allura minn età żgħira jkun aħjar li jiżviluppaw dawn it-talenti” stqarret Sylvana.

Fis-seba’ snin li ilhom jingħataw dawn il-boroż ta’ studju, ibbenefikaw 120 student li bejniethom ħadu maż-€2 miljun.

Sylvana qalet li “kellna studenti li illum qegħdin jaħdmu fuq musicals fil-West End. Għandna nies li kapaċi f’opri, f’kant u jħabtuha mal-akbar artisti internazzjonali. Għandna min kapaċi jikkomponi l-mużika, kif ukoll fil-films”.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, qal li l-Gvern irid jsostni l-iżvilupp artistiku ta’ kull individwu.

Fisser li l-persuni li jagħżlu programmi ta’ taħriġ se jingħataw €5,000 għal kors ta’ sentejn u €400 stipendju fix-xahar. Il-boroż ta’ studju għal min diġà għandu kwalifiċi jvarja minn €20,000 għal kors ta’ erba’ snin f’livell ta’ Baċellerat; €10,000 għal kors ta’ tliet snin f’livell ta’ Masters; u €20,000 għal kors ta’ erba’ snin f’livell ta’ Dottorat.

L-applikazzjonijiet għal dawn il-boroż ta’ studju jagħlqu fit-18 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon dalgħodu ta lill-Fondazzjoni Sebħ, €2.5 miljuni fuq medda ta’ tliet snin għal erbat’ idjar li jagħtu residenza lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom….

Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Aktar