Kultura
€300,000 għall-organizzaturi tal-festi fuq tliet snin

Tliet mitt elf ewro se jkunu disponibbli għall-organizzaturi tal-festi sabiex għat-tliet snin li ġejjin, itaffu l-piż marbut mal-ħruq tan-nar fil-festi tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Il-ftehim għal din l-għajnuna finanzjarja intlaħaq bejn l-Aġenzija Komunità Malta li tmexxi l-programm ta’ residenza, u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u l-Għaqda Piroteknika Maltija.

F’laqgħa bejn il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat u l-istess għaqdiet ġie spjegat kif il-Gvern għandu l-ħsieb ikompli jsostni l-festi li huma parti integrali mill-kultura Maltija. Il-ftehim jaħseb għal massimu ta’ tmien darbiet meta jkun hemm bżonn skorta u se jkun imħaddem mill-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-istess organizzaturi.