Teknoloġija
€350,000 fondi biex sa sentejn oħra 700 mara jiksbu ħiliet diġitali

Malta qed tibbenefika minn kważi €350,000 f’fondi miż-żona ekonomika Ewropea u n-Norveġja biex sa sentejn oħra 700 mara li m’għandhomx il-ħiliet diġitali jingħataw it-taħriġ biex isaħħu l-opportunitajiet għax-xogħol. Il-mira tal-proġett imsejjaħ ‘Women4IT’ hi li mill-inqas mija minnhom isibu xogħol relatat mat-teknoloġija tal-informatika.

Hu stmat li disgħa minn kull għaxar impjiegi jinħtieġu ħiliet diġitali u m’hawnx bżżejjed ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fl-impjiegi li qed jinħolqu.

F’dan l-isfond, l-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni u l-Aġenzija Tech.MT nedew il-proġett ‘Women4IT’ li hu maħsub jiżviluppa l-kompetenzi diġitali ta’ tfajliet li jinsabu f’riskju li jkunu esklużi mis-suq tax-xogħol minħabba li m’għandhomx il-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Tech.MT, Dana Farrugia qalet li bil-mod ta’ kif qed tiżviluppa l-ekonomija diġitali, ir-riskju tal-esklużjoni hu reali għal min m’għandux l-ħiliet diġitali. Qalet li dan il-proġett jaħseb li ħadd ma jibqa’ barra din l-evoluzzjoni teknoloġika. B’dan il-proġett li se jibqa’ għaddej sa sentejn oħra u b’kollaborazzjoni ma’ min iħaddem se jiġu mħarrġa 700 mara fosthom nisa li qed jirreġistraw għax-xogħol, nisa li jkunu għadhom kif saru ommijiet jew nisa li ġejjin minn familji żvantaġġjati jew bi dħul baxx.

Dana Farrugia qalet “it-target tagħna hu li fl-aħħar mill-aħħar 100 mara tkun sabet xogħol relatat mad-dinja diġitali fl-industrija”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri qal li għalkemm Malta avvanzat ħafna fil-qasam diġitali, għad hemm nuqqas kbira ta’ nisa li jaħdmu fis-settur. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia qal li l-fondi allokati għal Malta għal dan il-proġett jammontaw għal kważi €350,000.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar