Infrastruttura
€4.2m fondi mill-UE: fis-sajf jibda r-restawr tal-Pro-Katidral Anglikan fil-Belt

L-Unjoni Ewropea approvat parti mill-finanzjament għall-proġett ta’ restawr tal-Pro-Katidral Anglikan tal-Belt. Aktar minn erba’ miljun ewro se jagħtu spinta lil dan il-proġett, li x-xogħlijiet fuqu mistennija jibdew fil-bidu tas-sajf u hu maħsub li jtul tliet snin.

Il-proġett ta’ manutenzjoni u restawr tal-Pro-Katidral Anglikan iddedikat lil San Pawl fil-Belt, għadu kemm irċieva l-approvazzjoni għal erba’ miljuni u mitejn elf ewro minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi huma kruċjali għall-ewwel fażi tal-proġett, li ċ-chairman tal-kumitat għar-restawr tal-Katidral, Martin Scicluna, iddeskriva bħala l-aktar fażi kritika tal-proġett kollu. Din il-parti tinkludi l-kampnar għoli madwar 60 metru, li għandu ħsarat struttutali, fosthom il-ġebla li ttieklet. Partijiet mill-ġebel waqgħu.

Is-Sur Scicluna qal li l-ħsarat fil-parti tal-kampnar li tħares lejn il-baħar hija ferm akbar minn dak maħsub oriġinarjament. Minħabba li partijiet minnu qed jaqa’, l-aċċess għal din il-parti tal-katidral bħalissa jinsab magħluq.

Iċ-Chairman tal-Kumitat għar-Restawr tal-Katidral Anglikan, Martin Scicluna qal “the tower is the priority because as we did more and more analysis of the state of the tower, we discovered that it was vulnerable in many points and one of the prime things we’ve discovered is that where the spire meets the top of the tower, the previous architect that built this cathedral, a chap called William Scamp, had put in metal bands to hold the whole thing together and those have become corroded over the years.”

Is-Sur Scicluna qal li l-ispiża għall-ewwel fażi tal-proġett mistennija taqbeż il-ħames miljun ewro. Żied li diġà ħarġu s-sejħiet għall-offerti, bix-xogħol fuq il-kampnar mistenni jibda lejn nofs din is-sena.

Is-Sur Martin Scicluna qal “the total project is over 8 million Euros. EU funding has given us enough of phase 1 of the project and phase one consists of the tower and also the exterior fabric of the cathedral. It will be a three- year project so by the end of 2021 we hope to have completed it all.”

Din il-binja, fi Pjazza Indipendenza, hija skedata fl-ewwel grad. Fit-tieni fażi tal-proġett mistenni jitneħħa l-konkos li ntuża f’tiswijiet li saru fis-snin sittin. Se jsir ukoll is-saqaf tal-katidral, li ġarrab ħsarat kbar fi żmien il-gwerra. Il-pjan hu li s-saqaf jirrifletti d-disinn oriġinali tal-perit Scamp. Il-Pro-Katidral tal-Anglikan din is-sena jagħlaq 175 sena.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar