€41,000 għar-restawr tal-kappella ta’ San Franġisk f’Ħal Qormi

Se tiġi restawrata l-kappella ta’ San Franġisk f’Ħal Qormi bl-għajnuna finanzjarja ta’ €41,000 mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem l-istess kappella, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Michael Falzon qal li l-iffinanzjar ta’ dan il-proġett se jsir mill-programm għall-inizjattivi favur l-ambjent.

Il-permess għal dan ir-restawr ħareġ f’Settembru li għadda u x-xogħol se jkun jikkonsisti f’xogħlijiet fuq il-parti ta’ barra tal-kappella.

Din il-kappella inbniet fl-1706 u magħha hemm marbuta għadd ta’ ġrajjiet storiċi fosthom jingħad li fl-1798, il-Franċiżi daħlu u serqu kull ma kien fiha, għaliex kienet l-ewwel knisja li ltaqgħu magħha.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Sewwieq li qabeż central strip u baqa’ dieħel f’karozza b’mara u tarbija fiha kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża. L-inċident kien seħħ f’April tas-sena l-oħra, meta Herbert Said ta’…

Politika

Il-Gvern Malti kkundanna ż-żieda fil-vjolenza li qed tkun irrappurtata madwar Gaza, b’mod partikolari fuq il-pubbliku. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittmi u solidarjetà…

Lokali

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tar-Reġistru Elettorali, il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar lil kull min jikkwalifika biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru 2018 għandu jiċċekja jekk ismu u l-partikolaritajiet…

Aktar