Lokali
€470,000 f’għajnuna għall-għaqdiet tal-festi

Tlett skemi li jammontaw għal €470,000 se jgħinu lill-għaqdiet tal-festi biex ikomplu jsostnu l-identità Maltija.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera nieda it-tliet skemi li jipprovdu għal fond ta’ €150,000 sabiex jgħin finanzjarjament lis-soċjetajiet tal-banda, fond ta’ €170,000 għal aktar saħħa u sigurtà fil-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja u finanzjament artistiku ta’ €150,000 għal għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali.

Herrera iddiskriva dawn l-attivitajiet volontarji bhala tliet pilastri li spiss iservu ta’ ċentri ta’ attività kulturali vitali u għandhom sehem importanti fil-ħajjiet tal-komunitajiet tal-lokal taghhom. Qal li l-festi jaghmlu parti mill-folklor Malti li jagħti karattru u jgħinu biex jattiraw it-turiżmu u l-investiment barrani lejn Malta.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti ghall-Arti, Albert Marshall qal li t-tnedija tat-tliet fondi hija xhieda tat-twemmin li l-Kunsill għandu fl-importanza tal-espressjoni popolari tal-kreattività li teżisti fil-kultura tal-festi f’pajjiżna. Qal li l-kunsill tal-arti ser jilqa’ l-applikazzjonijiet għal dawn il-fondi tal-għaxra ta’ Lulju u l-applikanti għandhom jaraw il-linji gwida għal dan il-finanzjament.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar