Għawdex
Se jibda jingħata kull xahar is-sussidju lill-istudenti Għawdxin għall-ħlas tal-kera

L-istudenti universitarji Għawdxin għandhom allowance ta’ €500 bħala sussidju għall-kera u kien jitħallas mill-Gvern kull tliet xhur b’lura. Madankollu l-istudenti Għawdxin li jikru f’Malta biex jiffrankaw it-traġitt ta’ kuljum bejn Għawdex u l-Università xorta kienu jħallsu l-kera kull xahar. Biex jonqos dan il-piż, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li l-Gvern qabel li din l-allowance tibda titħallas proporzjalment.

Dr Caruana qalet, “Hemm iktar solljev ħalli dak li jkun ikollu s-serħan tal-moħħ illi fl-aħħar tax-xahar se jkollu l-allowance dieħla biex ikun jista’ jilħaq il-commitments ta’ kera u spejjeż oħra li jkollhom.”

Il-Ministru Caruana qalet li l-Gvern ħadem fuq dan it-tibdil fis-sistema tal-ħlas fuq suġġeriment tal-għaqda tal-istudenti universitarji Għawdxin, GUG.

Il-President tal-GUG, Rachel Galea, qalet li dan it-tibdil fis-sistema tal-ħlas tal-allowance tal-akkomodazzjoni se jagħti nifs lill-istudenti Għawdxin għax b’hekk ma jridux jaraw kif se jlaħħqu għall-ħlas tal-kera kull xahar.  Sostniet li l-GUG għaddejja bi proposti oħra biex tiffaċilita l-ħajja tal-istudenti Għawdxin.

Rachel Galea qalet “barra r-renta għandna t-transport il-mini buses u hekk qed jieħdu vantaġġ u jogħlew il-prezzijiet iktar. Bħala transport l-X1 ukoll diffiċli billi tgħaddi mill-ajruport tkun mimlija u l-istudent idum jistenna, shelters m’hemmx fejn student jista’ jistkenn waqt li tkun ix-xita. Nippruvaw bil-mod il-mod ngħinnu lill-istudent kif nistgħu.”

Il-Ministru Caruana qalet li l-Gvern qed ikompli jaħdem biex jghin lill-istudenti Għawdxin li jgħixu Malta, fosthom semmiet li fil-White Paper dwar il-Liġi tal-kera tkopri wkoll il-kirjiet li jsiru lill-istudenti Għawdxin f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar