Qorti
€500 multa għal tfajla li ppruvat issiefer b’ċertifikat falz tal-Covid-19

Olandiża ta’ 26 sena kienet immultata €500 wara li ammettiet li ppruvat issiefer minn Malta b’ċertifikat falz tal-Covid-19.

Euredice Annelatt Olijfveld ta’ 26 sena ammettiet din l-akkuża quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.

Hija nqabdet tipprova ssiefer minn Malta llum stess u wara li l-uffiċjali tal-ajruport infurmaw lill-Pulizija kienet arrestata.

L-Ispettur Hubert Galea, li ressaqha fil-Qorti, informa lill-Maġistrat Vella li t-tfajla kkoperat u għalhekk multa kienet biżżejjed.