Edukazzjoni
€5m għall-Iskola tal-Arti: Ir-restawr u t-tisbiħ tal-iskola miexi b’ritmu mgħaġġel

Il-gvern qiegħed jinvesti ħames miljun ewro, għar-restawr u t-tisbieħ ta’ Casa Tessi, fi Triq il-Fran, fil-Belt. Din il-binja tilqa’ fiha l-Iskola tal-arti.

Il-proġett li qed jitwettaq mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada u jinkludi l-bdil tas-sistemi tad-dawl u l-ilma, ftuħ ta’ kmamar ġodda, stallazzjoni ta’ lifts, u spazji moderni u komdi f’ambjent li jirrispetta l-wirt storiku.

Dan il-palazzin kien proprjetà ta’ kavallier Franċiż li wara mewtu ħalla din il-binja lill-Ordni u għalhekk illum hi proprjeta’ tal-Istat. Għal xi żmien dan il-post intuża bħala Qorti tal-Maġistrati.

Fi żjara lix-xogħlijiet, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li l-gvern hu determinat li jsaħħaħ it-tagħlim tal-arti viżiva u performattiva u dan il-proġett hu turija tar-rieda tal-Gvern f’dan il-qasam.

L-Iskola tal-Arti tagħmel parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli. Il-kap tal-kulleġġ, Victor Galea, qal li l-binja kienet akkumulat bosta perikli matul is-snin. Spjega li l-iskola toffri diversi korsijiet tal-arti li jwasslu għal kwalifiċi minn Livell 1, li hu bażiku, sa Livell 5, li hu ekwivalenti għal diploma. Bħalissa l-Iskola tal-Arti għandha 800 student minn 6 snin ‘il fuq.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar