Lokali
€7,000 għall-għaqdiet tal-annimali mill-bejgħ taċ-ċitru

Għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb l-annimali ngħataw għotjiet finanzjarji li bejniethom ilaħħqu mas-€7,000 li nġabru mill-festa taċ-ċitru li saret mill-Uffiċċju tal-President f’Jannar li għadda.

13-il għaqda volontarja li jaħdmu għall-ħarsien tal-annimali, fosthom klieb, żwiemel, qtates u fniek qassmu bejniethom is-somma ta’ €7,000. Il-flus tqassmu mill-President Marie Louise Coliero Preca f’isem il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund li allokat id-dħul mill-festa ċitru biex tgħin lil dawn l-għaqdiet.

L-Uffiċċju tal-President kien stieden lill-Għaqdiet Mhux Governattivi li jaħdmu għall-ħarsien tal-annimali biex jipparteċipaw fil-Festa Ċitru li saret f’Jannar li fiha jinbiegħ lil pubbliku l-larinġ li jinqata’ mis-siġar tal-Palazz ta’ San Anton.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon dalgħodu ta lill-Fondazzjoni Sebħ, €2.5 miljuni fuq medda ta’ tliet snin għal erbat’ idjar li jagħtu residenza lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom….

Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Aktar