€700,000 għal proġetti ta’ tisbiħ fis-Siġġiewi, il-Qawra u Ħad-Dingli

Is-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi, sit qrib Fra Ben fil-Qawra u l-pjazza ta’ Ħad-Dingli se jkunu qed jibbenifikaw minn progetti li ser ikunu finanzjati b’eluf ta’ ewro mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern approva aktar minn €700,000 bħala finanzjament mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali sabiex isiru tliet proġetti fis-Siġġiewi, Ħad-Dingli u fil-Qawra.

Tvm.com.mt huwa nfurmat li fis-Siġġiewi se jsir xogħol fuq il-passaġġ li jagħti lejn is-Salib tal-Għolja. Dan ser jiswa mat-€340,000 li għandu jikkumplimenta xogħlijiet oħra li saru fuq is-Salib tal-Għolja.

Il-proġett se jsir biex dawn l-inħawi jinbidlu f’park ta’ mistrieħ u li jippromwovi l-kultura permezz ta’ suq tar-raħħala anke bil-għan is-Siġġiewi issaħħaħ il-pożizzjoni li jkun destinazzjoni turistika agri-rurali.

F’Ħad Dingli, ser isir tisbiħ fil-pjazza ewlenija b’investiment ta’ €270,000. L-investiment se jara l-installazzjoni ta’ għamara tat-triq fosthom anke żona għal bankarelli li jserevu biex id-Dinglin  ibigħu l-prodotti tagħhom. Il-proġett se jinkludi ukoll promozzjoni ta’ ‘heritage trail’ li jgħaqqad  id-diversi siti turisti ta’ din il-lokalità.

Fil-Qawra se jsir investiment ta’ madwar €90,000 biex żona mitluqa qrib il-ponta ta’ Fra Ben tinbidel f’waħda rikreattiva bl-installazzjoni ta’ ‘outdoor gym’ bil-għan li jitkattar l-interess fl-attività fiżika.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, f’seminar għall-uffiċjali tat-tliet gruppi ta’ azzjoni li huma responsabbli mill-ġestjoni ta’ dawn il-fondi qal li fl-aħħar ġimgħat saret ħidma sabiex jiġu żviluppati linji gwida dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni u l-preparazzjoni tal-istrateġiji l-ġodda ta’ dawn il-fondi.

Dr Borġ qal, “Qegħdin nagħmlu l-aħħar sforz biex nutilizzaw il-fondi li jridu jintużaw sal-aħħar tas-sena. Hemm diversi lokalitajiet fosthom Ħad-Dingli, San Pawl il-Baħar u s-Siġġiewi li se jibbenifikaw sabiex bl-intervent li se jagħmlu, itejbu l-prodott turistiku tal-lokalità tagħhom, jew jgħinu biex il-livell ta’ għejxien tar-residenti ta’ dawn it-tliet lokalitajiet ikomplu jitjiebu.

Dr Borg ħabbar li fis-seba’ snin li gejjin ser ikunu allokati €6 miljun oħra minn fondi Ewropej għal diversi proġetti bħal dawn fil-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Jisimha bil-Franċiż, kitibha Taljan, u llejla kantaha żagħżugħ Malti. Karl Schembri għadu kemm għalaq it-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ bil-kanzunetta “L’amour toujours” tad-DJ popolari Taljan Gigi D’Agostino. Liema…

Lokali

Il-Ħadd li għadda, Destiny għalqet l-ewwel Live Show fost iċ-ċapċip tal-pubbliku bil-kanzunetta “Higher Love” tal-artista idolu tagħha, Whitney Houston. U, illejla, Destiny kantat fid-disa’ post bil-kanzunetta “I Will Survive”. Liema…

Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Aktar