Edukazzjoni
€72 miljun għall-miżura ta’ childcare bla ħlas għal aktar minn 16,700 tifel u tifla

F’ħames snin, il-Gvern ħareġ aktar minn €72 miljun għall-miżura ta’ childcare bla ħlas għal aktar minn 16,700 tifel u tifla – ulied ġenituri li jaħdmu jew li qegħdin isegwu kors.

It-tagħrif ingħata mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, fl-inawgurazzjoni ta’ ċentru ġdid għall-ħarsien tat-tfal li se jkun jista’ jilqa’ 100 tifel u tifla.

Il-koppja Claudia u David Alosio ma kellhomx pjan jibgħatu lil binthom Nina f’childcare. Illum iżda huma tal-fehma li raw bidla għall-aħjar fil-mod kif it-tifla qed tassorbi l-informazzjoni u tissoċjalizza ma’ dawk ta’ madwarha.

Claudia, li hi għalliema, qalet li dak li jiġri fiċ-childcare jikkumplimenta t-trobbija tat-tfal fid-djar.

”Fil-bidu bdejt ninkwieta, tmur għax-xogħol u tibda tgħid nispera li qiegħda f’idejn tajba u hekk… bkejt magħha darba bkiet… imma mit-tifla stess imbagħad tinduna kemm it-tifla tieħu gost u tagħmel activities, niġu biha filgħodu u ttir għal fuq il-carers.”

David qal li l-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol hu kruċjali u li ċ-childcare jiffaċilita dan il-proċess minħabba li l-ġenituri jistgħu jserrħu rashom li t-tfal ikunu qed jingħataw l-attenzjoni li jixirqilhom minn professjonisti f’ambjent adattat għalihom.

”Tgħallmet iktar fiċ-childcare center fuq diversi livelli, anki fejn jidħol kliem u abbiltajiet biex tagħmel ċertu affarijiet….”

Fl-inawgurazzjoni taċ-ċentru għall-ħarsien tat-tfal “Dawra Durella” fin-Naxxar, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dawn iċ-ċentri ma jieħdux post il-ġenituri, iżda studji jikkonfemaw li t-tfal jibbenefikaw minnhom. Fakkar li l-maġġoranza tal-ġenituri li jibgħatu lil tfal fiċ-ċentri ma jħallsux minħabba li jibbenefikaw minn skemi tal-gvern ta’ childcare mingħajr ħlas.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, qal li l-Gvern qed jgħin ukoll b’fondi Ewropej lil dawk li għandhom il-ħsieb jinvestu fit-tagħmir taċ-ċentri tac-childcare.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar