COVID-19
€80 miljun sal-aħħar tax-xahar f’suppliment għall-pagi tal-ħaddiema affetwati mill-pandemija

Il-Malta Enterprise sal-aħħar tax-xahar se tkun ħallset €80 miljun bħala suppliment għall-pagi tal-ħaddiema li xogħolhom kien imdendel minħabba l-pandemija. Dan skont il-pakketti ta’ miżuri li tħabbru mill-Gvern biex itaffi l-konsegwenzi tal-pandemija fuq l-intrapriżi u l-ħaddiema.

Waqt l-aħħar bulettin ekonomiku dwar l-iskemi ta’ għajnuna, il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, ħabbar li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jniedi pakkett ta’ miżuri ekonomiċi biex jistimula l-ekonomija ħalli terġa’ tirpilja.

Iktar minn 77,000 ħaddiem fis-settur privat irċievew ħlas bħala suppliment tal-paga mill-Malta Enterprise u baqgħu fuq il-kotba tax-xogħol tal-imgħallmin tagħhom. F’għaxar ġimgħat mindu l-Gvern nieda pakketti ta’ għajnuna finanzjarja għan-negozji, il-Malta Enterprise ħallset €55 miljun biex dawn il-ħaddiema ma jitilfux ħobżhom.

Il-ħlasijiet saru wara li l-Malta Enterprise rċeviet iktar minn 20,000 applikazzjoni minn ażjendi u persuni li jaħdmu għal rashom. Iktar minn 1,000 applikazzjoni qed jiġu kkontestati. Il-ħlasijiet ilaħħqu sa €800 fix-xahar bħala suppliment tal-paga għall-ħaddiema full-time u sa €500 għall-ħaddiema part-time.

Fl-aħħar aġġornament dwar l-iskemi ta’ għajnuna, il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, qal li sal-aħħar ta’ Mejju, il-Malta Enterpise se tkun qassmet iktar minn €80 miljun f’għajnuniet lill-ħaddiema f’diversi oqsma fil-privat.

Huwa rrimarka li dawn l-iskemi għenu biex ikunu salvati l-postijiet tax-xogħol. Qal li fil-jiem li ġejjin, il-Gvern se jħabbar pakkett ta’ miżuri biex jistimula l-ekonomija ħalli terġa’ tqum fuq saqajha.

U d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħareġ iktar minn €11.7 miljun f’benefiċċji soċjali għall-ħaddiema fis-settur privat li ma setgħux jaħdmu jew tilfu xogħolhom minħabba l-imxija. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qal li ras għal ras il-benefiċjarji rċievew medja ta’ €1,446 f’għajnuna finanzjarja. L-akbar għadd ta’ benefiċjarji huma ġenituri li kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lil uliedhom.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar