Lokali
€9 miljun f’faċilitajiet ġodda fil-Mellieħa Holiday Centre

Il-Mellieħa Holiday Centre, li qabel kienet magħrufa bħala d-Danish Village, inawgurat faċilitajiet ġodda li saru b’investiment ta’ €9 miljun. Fl-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu investiment ieħor fil-qasam turistiku li juri fiduċja fil-pajjiż.

B’investiment ta’ €9 miljun, il-Mellieħa Holiday Centre bniet 30 bungalows ġodda, għamlet xogħol ta’ tisbiħ fir-restaurant u żiedet il-faċilitajiet li toffri lir-residenti tagħha. Il-Mellieħa Holiday Centre timpjega 62 persuna, bil-Kap Eżekuttiv Hamdi Abu Rub jgħid lil TVM li dan l-investiment kien ifisser ukoll żieda fl-impjegati.

Hamdi Abu Rub qal “the major project that we have is obviously the extension of the bungalows which we increased the 151 bungalows we have by another 30. So this means that now the centre can accommodate more people, does it mean more employees too? It does mean more people as well as more employees you know, both in the housekeeping department and also the maintenance so that will also require more resources.”

Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni fi ħdan il-Mellieħa Holiday Centre, Ejner K. Holst, qal li xahar ieħor f’dan il-kumpless turisitku jiċċelebra 40 sena f’Malta. Sostna li f’dawn is-snin sar japprezza ħafna lill-Maltin, il-mod tal-għixien tagħhom, u ddeskriva lil Malta bħala ġawhra fil-Mediterran. Holst faħħar il-ħidma tal-GWU li qal tul is-snin ikkollaborat ħafna mal-Mellieħa Holiday Centre.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhux b’kumbinazzjoni li post bħall-Mellieħa Holiday Centre ddeċieda li jinvesti u juri fiduċja f’Malta. Sostna li Malta għandha waħda mill-iżjed ekonomiji b’saħħithom bħalissa fl-Ewropa. Dr Muscat qal li s-suq turistiku f’Malta qed jevolvi u m’għadux joffri destinazzjoni għas-sajf biss, imma għas-sena kollha. Spjega li fost il-fatturi ewlenin li waslu għal dan kien hemm it-tnaqqis fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma. Dr Muscat qal li l-infiq tat-turisti f’Malta żdied b’iżjed minn 60% mill-2012.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar