Ebda ġlieda bejn 100 ruħ fiż-Żejtun

Telefonata li saret lill-Pulizija dwar ġlieda bejn 100 ruħ illejla fiż-Żejtun jidher li ma kienet xejn għajr ċajta. Il-Pulizija kkonfermat ma’ tvm.com.mt li rċeviet telefonata dwar ġlieda fiż-Żejtun madankollu meta l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post ma rriżulta bl-ebda mod li kien hemm xi ġlieda.