COVID-19
Ebda każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta – ifiqu 3 persuni

Fl-aħħar 24 siegħa ma ġewx irreġistrati każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta wara li saru 870 swab test.

Tliet persuni ġew iddikjarati mfejqa biex issa t-total ta’ persuni li fiequ mill-coronavirus f’Malta tela’ għal 635.

It-total ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 baqa’ ta’ 670, li minnhom 26 għadhom attivi.

Sallum saru b’kollox 93,387 swab test.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li hemm seba’ persuni jirċievu kura fl-isptarijiet: pazjent f’Mater Dei u ieħor f’Karin Grech, żewġ pazjenti fl-isptar St Thomas u tliet pazjenti fl-isptar Boffa.

 

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

Aktar