COVID-19
Ebda każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta u tfiq persuna

Għat-tieni ġurnata nfila, ma’ kien irreġistrat l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fl-aħħar 24 siegħa saru 927 swab.

B’hekk it-total ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 baqa’ ta’ 665, li minnhom 38 għadhom attivi.

Persuna ġiet iddikjarata li fieqet fl-aħħar sigħat u għalhekk it-total ta’ persuni li fiequ mill-coronavirus f’Malta tala’ għal 618.

Sallum saru b’kollox 80,621 swab test.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li għall-ewwel darba mis-7 ta’ Marzu 2020, Malta ma sabitx każijiet ġodda ta’ Covid-19 għal jumejn infila.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Kronaka

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

COVID-19

Għall-ewwel darba minn Marzu l’hawn mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’Malta, l-ebda pazjent bil-virus mhu qed jingħata kura fl-isptar Mater Dei. Fl-aġġornament ta’ kuljum kmieni waranofsinhar, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu…

Aktar