COVID-19
Aġġornat: Ebda każ ġdid ta’ Covid-19

Ebda każ ġdid ta’ Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa, anke jekk l-għadd ta’ testijiet kien wieħed għoli: 1,472 swab.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li llum ma kien hemm ħadd li ġie dikjarat li fieq.

B’hekk is-sitwazzjoni f’Malta baqgħet kif kienet ilbieraħ, b’120 każ attiv. Mill-bidu tal-imxija, mill-persuni li kellhom il-virus fiequ 485.

Aktar kmieni dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta.

Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna t-triq it-tajba mill-bidu, ir-responsabilità u s-sagrifiċċju ta’ ħafna qed jagħtu l-frott.”

Appella biex kulħadd jibqa’ responsabbli biex inkomplu ngawdu dan is-suċċess.

 

Aħbarijiet Oħra
Televiżjoni u Radju

Id-dokumentarju Pass Pass għal Auscwhitz, li xxandar fuq TVM, għadu kemm ġie aċċettat fost ix-xogħlijiet li se jieħdu sehem fil-festival tal-Vegas Movie Awards, fl-Istati Uniti. Għalkemm dan il-festival huwa pjuttost ġdid…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Huwa kien qed jirreaġixxi…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn. Fi stqarrija l-union qalet li ilha…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar…

Aktar