COVID-19
Ebda każ ġdid tal-COVID-19 f’Malta – jibqgħu 5 l-każi attivi

Għall-ħames ġurnata konsekuttiva l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 u ma kien hemm l-ebda persuna li fieqet biex b’hekk fadal ħames każi attivi f’Malta.

L-awtoritajiet qalu li bejn ilbieraħ u llum għamlu 931 swab test għal total ta’ ftit iktar minn mija u tmint elef test.

Sa mill-bidu tal-pandemija, din kienet l-ewwel darba li Malta ma rrappurtat l-ebda każ ġdid għall-ħamest ijiem infila. Minn għada, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta se jkun miftuħ għalll-ivvjaġġar għal mill-inqas 28 pajjiż ieħor wara li fl-1 ta’ Lulju reġa’ nfetaħ għal 20 destinazzjoni fl-Ewropa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Missier ta’ madwar 68 sena minn Ħal Għaxaq, Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’ qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li għal ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu allegatament qatel lil ibnu ta’…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 49 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u fiequ 5 persuni. B’din iż-żieda issa l-każijiet attivi jitilgħu għal 311 bin-numru total ta’ swab tests…

Kronaka

Argument bejn missier u iben spiċċa fi traġedja kekk kif il-missier qatel lil ibnu fi sparatura f’Ħal Għaxaq. TVM jinsab infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq il-Gudja,…

Aktar