COVID-19
Ebda każ ta’ COVID-19 fi Skolasajf f’Tal-Pietà fost it-tfal u l-għalliema

Is-Supritendenza tas-Saħħa Pubblika qalet ma’ TVM li ma kien hemm ebda każ ta’ COVID-19 fi Skolasajf f’Tal-Pietà fost it-tfal u l-għalliema.

Il-każ li qed jissemma’ fil-mezzi soċjali huwa ta’ fattiga li jaħdem fl-iskola iżda ma kellu ebda kuntatt ma’ tfal, għalliema u ħaddiema oħra, hekk kif imur inaddaf wara l-ħinijiet tal-iskola.

Il-każ tal-fattiga huwa parti mill-grupp ta’ persuni morda bil-COVID-19 marbuta mal-festa ta’ Santa Venera.

Ftit tal-ħin ilu, il-Ministeru għas-Saħħa ppubblika l-aħħar informazzjoni marbuta mal-COVID-19 f’Malta. Flimkien mad-19-il immigrant kien hemm 9 każijiet ġodda.

Ara wkoll:

9 każijiet ġodda tal-COVID-19 f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela appella għal kompromess u biex jiġu evitati l-estremitajiet ħalli la l-ekonomija u lanqas is-saħħa ma jispiċċaw għarkupptejhom. F’laqgħa mal-imsieħba soċjali, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali…

Aktar