COVID-19
Ebda każijiet ġodda ta’ Covid-19 fiċ-ċentri tal-immigranti

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, ikkonfermat li mir-random tests ma rriżultawx każijiet ġodda ta’ immigranti infettati bil-Covid-19 fiċ-ċentri miftuħa.

Mistoqsija jekk l-immigranti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far hux qed jiġu ttestjati kollha, wara li nstabu tmien każijiet, Prof Gauci fakkret li dawn qegħdin kollha taħt kwarantina.

Prof Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu mal-ħaddiema tar-Red Cross, li kuljum jiċċekkjaw lill-immigranti għal xi sintomi li jista’ jkollhom. Barra minn hekk qed isir random testing, li minnu ma rriżultaw ebda każi ġodda.

Hija kkonfermat ukoll li m’hemm l-ebda każijiet magħrufa fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.

Ara wkoll:

Ikkonfermat 13-il każ ġdid ta’ Covid-19 – jitilgħu għal 350

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar