Lokali
Ebda kompromess bejn il-Gvern u l-GRTU dwar il-kwistoni tal-pompi tal-petrol

Is-sidien tal-pompi tal-petrol msieħba fil-GRTU qed jiltaqgħu biex jiddeċiedu x’azzjonijiet jistgħu jieħdu wara li baqa’ ma ntlaħaqx ftehim mal-Gvern dwar iż-żidiet fil-qligħ fuq il-fuel. Is-Segretarju tat-Taqsima Pompi tal-Petrol tal-GRTU, James Meli qal lil TVM li żieda li ngħataw fl-2011 biex jimmodernizzaw il-pompi mhix biżżejjed, waqt li sostna li żieda fl-għadd ta’ pompi fil-pajjiż tagħmel s-sitwazzjoni tagħhom iktar diffiċli. Mill-banda l-oħra l-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi qal li l-Gvern offra żieda lil tal-pompi iżda ma jridx li jkun hemm żieda li jkollha tinġarr mill-konsumaturi.

Il-kwistjoni bejn il-gvern u s-sidien tal-pompi tal-petrol hija dwar il-qligħ li tal-pompi jsostnu li jrid ikollhom biex iwettqu l-obbligu tagħhom li jimmodernizzaw il-pompi skont standards Ewropej. Il-kwistjoni taf il-bidu tagħha fl-2011 meta kien intlaħaq ftehim mal-Gvern li bih ingħataw żieda fil-qligħ ta’ tmien milleżmi f’kull litru.

Is-Segretarju tat-Taqsima Pompi tal-Petrol tal-GRTU, James Meli qalilna li parti miż-żieda kienet maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-investiment li ntrabtu li jagħmlu biex jimmodernizzaw il-pompi.

James Meli qal “jekk l-immodernizzar ma jkunx lest sal-2020 hemm ċans li anke xi wħud minnha jistgħu jitilfu l-liċenzja u ma jibqgħux joperaw għaliex ma jiġux skont standards tal-Unjoni Ewropea, aħna favur dan ir-refurbishment, il-problema li nqalgħatilna hija li meta saru l-kalkoli fl-2011, dawn il-kalkoli bil-ftit milleżmi li ħadna dak iż-żmien, illum tant għolew l-affarijiet biex tagħmel petrol station bir-rekwiżiti kollha li qed titlob l-ERA u REWS li spiċċajna qbiżna l-limitu kollu”.

Bħalissa hawn madwar 77 pompa tal-petrol f’Malta u s-Sur Meli qal li minnhom bejn sebgħa u għaxra biss għamlu l-immodernizzar li ntrabtu li jagħmlu tmien snin ilu. Fl-istess waqt, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha mal-ħmistax-il applikazzjoni pendenti għall-bini ta’ aktar pompi tal-petrol.

James Meli qal “jekk kemm-il darba joħorġu li jien nittama li tfittex ma ddumx ma tidħol il-policy ġdida li hi restricted ħafna għaliex iktar mhu se jiftħu pompi tal-petrol aktar ħa jkompli jnaqqas minn dan il-cake ta’ bejnietna u ma jkunx aktar vijabbli li tagħmel investiment bħal dan”.

Is-Sur Meli spjega li skont studju li kkummissjonaw fl-2014, iż-żieda li qed jitolbu lill-Gvern hi ta’ żewġ ċenteżmi u nofs fuq kull litru fuel li jbigħu u fi kliemu hemm mekkaniżi biex din ma tinġarrx mill-konsumaturi. Madankollu, il-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi qal li l-Gvern lest jiddiskuti iżda ma jistax jaċċetta t-talba għax tkun ta’ detriment għall-konsumaturi.

Il-Ministru Mizzi qal “bħala Gvern offrejna żieda ‘l fuq minn dak li kien hemm fl-2011 u din iż-żieda offrejnieha għax ma titfax piż fuq il-familji u n-negozji, il-GRTU m’aċċettatx”.

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ qbil, is-sidien tal-pompi qed jikkunsidraw bosta azzjonijiet li s-Sur Meli qal li jistgħu jitħabbru fis-sigħat jew jiem li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin iħossu li l-pajjiż ibbenefika mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Stħarriġ tal-Ewrobarometru tar-Rebbiegħa li sar mill-Parlament Ewropew li sar bejn Frar u Marzu juri li 91% tal-Maltin wieġbu li Malta…

Saħħa

Espert kliniku mill-NHS Ingliża beda jara l-pazjenti bl-ADHD u jiddiskuti ma’ konsulenti mediċi lokali bil-għan li jagħti pariri lid-Dipartiment tas-Saħħa dwar mediċini tal-ADHD. Tliet ijiem ilu d-Deputat Prim Ministru u…

Stejjer Umani

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka. Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti…

Lokali

Id-devoti tal-Madonna tal-Karmnu llum reġgħu raw il-kwadru inkurunat tal-Madonna tal-Karmnu f’postu fis-Santwarju Bażilika fil-Belt. Dan wara li għamel sena u nofs nieqes sakemm fuqu saru interventi ta’ restawr u konservazzjoni….

Aktar