Barranin
Ebda permess mill-Istati Uniti biex it-Turkija tipproċedi bl-attakki fit-Tramuntana tas-Sirja

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, qal li l-Istati Uniti ma taw l-ebda permess lit-Turkija biex tipproċedi bl-attakki fit-Tramuntana tas-Sirja.

Mike Pompeo ddefenda d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump biex jirtira truppi Amerikani mill-fruntiera, liema deċiżjoni qajment furur fl-Istati Uniti u internazzjonalment.

It-Turkija bdiet attakk fuq it-territorju miżmum mill-forzi kurdi.

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li l-għan tal-attakki huwa biex jippreveni t-terrur fuq il-fruntiera. It-Turkija pproċediet bil-pjan biex fi kliema toħloq żona ta’ sigurtà meħlusa mill-kurdi u li fiha jintlaqgħu refuġjati Sirjani.

Il-forzi kurdi irriżesitew l-offensiva b’dan iwassal għal ġlied mat-truppi Torok.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija, Recep Tayipp Erdogan, jgħid li pajjiżu se jisħaq l-irjus ta’ ġellieda Kurdi jekk ma jirtirawx minn żona sigura fit-Tramuntana tas-Sirja. Erdogan qal li jekk dan ma jseħħx sat-Tlieta…

Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Aktar