Lokali
Ebda żblokk fil-kwistjoni dwar il-pompi tal-petrol

Wara laqgħa li saret iktar kmieni llum bejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-GRTU ma kien hemm ebda żblokk fil-kwistjoni li żviluppat dwar il-pompi tal-petrol.

Minn tagħrif li kiseb TVM jirriżulta li fit-taħditiet tal-lum, il-Gvern m’aċċettax il-proposta tal-GRTU li jgħolli l-prezz tal-fjuwil.  Fi stqarrija, il-Gvern qal li ma laqax dawn it-talbiet għax f’dan l-istadju l-prezz tal-fjuwil jogħla għall-konsumatur lil hinn mill-prezz internazzjonali tal-fjuwil.

Fl-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Enerġija ntqal li l-Gvern offra żieda oħra ‘l fuq minn dak deċiż fl-2011 biex ma jintefax piż fuq il-familji u n-negozji.  Fl-2011 kienet ingħatat żieda fil-qliegh mill-fjuwil lill-pompi biex tagħmel tajjeb għall-investiment strutturali li għandu jsir.

Fil-jiem li għaddew il-GRTU qalet li l-Gvern mar lura fuq dak li kien ġie miftiehem dwar il-pompi tal-petrol u rreġistrat tilwima industrijali, filwaqt li m’eskludietx li tordna azzjonijiet fil-jiem li ġejjin.

Il-kwistjoni hija dwar il-ħtiġijiet tal-operaturi tal-pompi li jridu jtejbu u jaġġornaw maż-żminijiet il-faċilitajiet tagħhom skont il-liġi sa mhux iktar tard mill-2020.  Intant, il-Gvern qal li l-bieb għat-taħditiet se jibqa’ miftuħ.

Ara wkoll:

Il-GRTU f’tilwima mal-Gvern fuq il-pompi tal-petrol

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar