Ebola: Il-Bank Dinji jnaqqas it-tkabbir tal-pajjiżi l-aktar milquta

Il-bank dinji naqqas il-proġetazzjonijiet ta’ tkabbir għat-tliet pajjiżi l-aktar milquta bl-Ebola li huma l-Liberia, is-Sierra Leone u l-Guinea.

Qal li l-Ebola tibqa’ daqqa ta’ ħarta kbira għall-ekonomiji.

Ir-rapport tal-bank dinji ħareġ meta l-President tal-bank Jim Yong Kim beda żjara ta’jumejn fl-Afrika tal-Punent biex jara l-impatt tal-Ebola.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li laħqet ħafna mil-miri ta’ 60 jum li imponiet fuqha biex tikkumbatti t-tixrid tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika.

Sal-bieraħ, kellha tiżola u tikkura 70 fil-mija tal-pażjenti bl-Ebola u tidfen mingħajr periklu 70 fil-mija tal-vittmi fl-aktar tliet pajjiżi milquta bil-virus.

Madankollu, wissiet li għad fadal ħafna xi jsir biex ma jkunx hawn lanqas każ wieħed ta’ Ebola.

Skont l-aħħar rapport tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, ftit inqas minn 6,000 persuna mietu kawża tal-Ebola fil-Liberia, Sierra Leone u Guinea, u sitta oħra fil-Mali.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar