Kurżitajiet
Eddie Murphy isir missier għall-10 darba

L-attur famuż Eddie Murphy sar missier għall-10 darba, wara li s-sieħba tiegħu Paige Butcher welldet tifel.

Dan huwa t-tieni wild tal-koppja li se jingħata l-isem ta’ Max Charles Murphy.  It-tifel twieled nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru.  Murphy li għandu 57 sena u Butcher li għandha 39 sena ilhom flimkien sa mill-2012 u għandhom tifla, Izzy Oona, ta’ sentejn.

Murphy huwa missier ta’ 8 itfal oħra li twieldu minn relazzjoni li kellu ma’ Paulette McNeely, Nicole Mitchell Murphy, Tamara Hood u Mel B.

Dawn huma Eric ta’ 29 sena, Bella Zahra ta’ 16-il sena, Zola Ivy ta’ 18-il sena, Shayne Audra ta’ 23 sena, Bria ta’ 28 sena, Miles Mitchell ta’ 25 sena, Christian ta’ 27 sena, u Angel Iris ta’ 11-il sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Shamima Begum –  it-tfajla Ingliża li telqet minn pajjiżha biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku spiċċat welldet fis-Sirja minkejja t-talbiet tagħha. Shamima kienet qalet li xejn ma kienet skurmentata bil-vjolenza li rat…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sejjaħ lill-pajjiżi Ewropej, fosthom r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja biex jgħaddu ġuri lill madwar 800 militant tal-grupp li jsejjaħ lilu innifsu Stat Iżlamiku li nqabdu…

Barranin

Il-President tal-Parliament Ewropew, Antonio Tajani qed jaffaċċja kiritka qawwija wara li sejjaħ partijiet mill-Kroazja u l-Islovenja bħala reġjuni Taljani. Id-dikjarazzjoni ta’ Tajani xejn ma niżlet tajjeb mal-ex prim ministri u…

Barranin

Ajruplani militari waslu f’Venezwela bl-għajnuna umanitarja, mal-burdura ta’ Cucuta. L-għajnuna waslet wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaidó għamel talba għall-għajnuna. Min-naħa l-oħra, il-President Nicolás Maduro qed jallega li l-għajnuna umanitarja hija…

Aktar