Kurżitajiet
Edizzjoni Speċjali ta’ Serataron għall-Karnival u San Valentinu!

Din is-sena l-festa li fiha jgħajtu x-xjuħ u jgħajtu t-tfal u l-festa tal-maħbubin ġejjin fl-istess weekend għaldaqstant it-tim tal-produzzjoni ta’ Serataron ħejja programm speċjali mimli daqs bajda u b’ħafna sorpriżi!

Nieħdu tomgħa tal-Qarċilla u niltaqgħu ma’ diversi dilettanti tal-Karnival, namrati u maħbubin u ma’ oħrajn li sa issa se jqattgħu San Valentinu waħedhom. Dawn se jkollhom jippruvaw jaqtgħu diversi affarijiet strambi fuq nies oħra. U milli qalulna wkoll, Ron possibilment se jispiċċa jilbes ta’ Kupidu, min jaf?! Tgħid xi biċċa xogħol ta’ Jacqui?

Mill-kumdità ta’ darkom, programm brijjuż u divertenti b’mużika live, Serataron, illejla, il-Ġimgħa 12 ta’ Frar fl-20.50 fuq TVM.