Edukazzjoni
Edukaturi Maltin jibbenefikaw minn App imfassla minn esperti Finlandiżi

L-Edukazzjoni fil-Finlandja, riżorsi ġodda għall-għalliema, il-pedagoġija Finlandiża u kif din tista’ tiġi implimentata mal-istudenti f’Malta, kienet it-tema ewlenija ta’ konferenza mifruxa fuq jumejn u li fiha ħadu sehem iktar minn tliet mitt edukatur.

App diżinjata minn edukaturi u esperti Finladiżi mimlija riżorsi u pjani ta’ lezzjonijiet għall-għalliema, tnediet għall-ewwel darba f’pajjiż barra mill-Finlandja. U huma edukaturi Maltin li se jibbenefikaw minn din l-App imfassla mil-Learning Scoop tal-Finlandja – kumpanija li toffri servizz ta’ taħriġ dwar pedagoġija Finlandiża għall-edukaturi.

Mat-tliet mitt edukatur ħadu sehem f’konferenza ta’ tliet ijiem organizzata mill-iskola Mater Boni Consilli St Joseph ta’ Raħal Ġdid. L-edukaturi ħadu sehem f’workshops dwar kif metodoloġiji u sistemi ta’ tagħlim użati fl-iskejjel Finlandiżi jistgħu jiġu applikati fl-iskejjel Maltin.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qasam l-ideat tiegħu mal-edukaturi u qal li kull pajjiż irid isib triqtu fl-edukazzjoni u l-Finlandja huwa eżempju eċċellenti li jgħallem kemm huwa importanti l-logħob, l-edukazzjoni barra l-klassi u li tinħoloq klima bbażata fuq il-fiduċja fit-tfal. Saħaq ukoll li l-iskejjel m’għandhomx ikunu bħal fabbriki ta’ testijiet u eżamijiet.

Il-moħħ wara l-App introdotta lill-edukaturi Maltin, hija Johanna Jarvinen Taubert. L-App se tingħata b’xejn għal sena lill-għalliema kollha Maltin li jgħallmu fil-primarja.

Johanna Jarvinen Taubert qal “it’s been amazing, the feedback and enthusiasm we have experienced here, so we are very proud and very happy. The conference was unbelievable. There were several hundred participants, Maltese educators are so involved and interested and willing to share and learn from each other/ So I think as educator, I couldn’t’ have asked for more.”

Għall-konferenza b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Gurnalizmu, attendew ukoll edukaturi minn Spanja u r-Renju Unit.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar