Edukazzjoni
Edukaturi Maltin se jiġu mħarrġa biex jaħdmu ma’ tfal bl-awtiżmu

Ħafna mill-edukaturi li jaħdmu ma’ studenti b’diżabilitajiet moħbija bħal awtiżmu mhux dejjem ikunu aġġornati bl-aħħar strateġiji u metodi li għandhom jużaw biex b’mod effettiv jgħinu lill-istudenti fil-mixja edukattiva tagħhom.

Konxja minn din l-isfida, AX Foundation ħadet l-inizjattiva li tiffinanzja €75,000 biex professjonisti minn National Autistic Society tar-Renju Unit jiġu Malta u jħarrġu lill-uffiċjali tal-inklużjoni fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, Claire Zammit Xuereb qalet li l-edukazzjoni hija kollox, u għalhekk jinsabu impenjati li kull sena jibdew jagħmlu għotja għal proġett edukattiv. Spjegat li l-għan ta’ kull proġett hu li jiġu mgħejuna tfal b’diżabilitajiet inviżibbli bħal ADHD, is-saħħa mentali, jew l-awtiżmu.

“Din is-sena se nistudja l-impatt, nitgħallem jien stess għax din hi l-ewwel esperjenza u t-tieni sena nersqu lejn aspett fejn ikun hemm vojt għax jien nixtieq nidhħol fejn hemm il-vojt, ma rridx nagħmel overlapping.”

Bil-ħsieb li dan il-proġett ikun strutturat, il-Fondazzjoni u l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni.

Il-manager tal-edukazzjoni inklussiva, Josanne Ghirxi, qalet li l-inklużjoni hija proċess kontinwu u l-professjonisti Ingliżi adattaw it-taħriġ u l-istrateġiji skont ir-realtajiet Maltin.

“L-għan primarju kien dan it-training li ħafna ġid għaliex dawn ir-riżorsi jistgħu jitqassmu fl-iskejjel kollha ta’ Malta, u għalhekk ħa tkun amplifikata ħafna aktar.”

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Everist Bartolo, qal li dan il-proġett hu kruċjali biex it-tfal b’diżabilitajiet moħbija jilħqu l-milja tal-potenzjal tagħhom u ma jibqgħux priġunieri tal-preġudizzji ta’ persuni li m’għandhomx biżżejjed għarfien fuq il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar