Lokali
Efimova tgħid ma kinetx is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia – PL

Il-Partit Laburista qal fi stqarrija li l-uniku ħaġa ġdida mir-rapport tad-delegazzjoni ta’ David Casa, hija li Maria Efimova issa qed tgħid li ma kinetx hi s-sors oriġinali ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-PL jkompli jgħid fl-isqarrija li għal xhur twal, Efimova kienet deskritta bħala s-sors dwar il-kumpanija Egrant, b’mod partikolari wara li telgħet tixhed quddiem il-Maġistrat li qed imexxi inkjesta maġisterjali.

Iżda, il-PL qal li meta xehdet minn post mhux magħruf, Efimova qalet li ma kinetx hi s-sors ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-istqarrija tkompli tgħid li dan jagħti żvolta oħra lill-istorja tal-gidba fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu.

L-istqarrija qalet li fid-dawl ta’ dawn l-aħħar żviluppi, il-Prim Ministru reġa’ tenna l-impenn tiegħu li jirriżenja jekk tinstab xi verità dwaru.

Il-PL qal li sal-lum, Dr Busuttil għadu ma ressaqx il-provi li jixhdu dan u jidher li wara din id-dikjarazzjoni se tkun iktar diffiċli.

L-istqarrija qalet ukoll li fil-kumplament tar-rapport hemm punti li ġew spjegati jew miċħuda diversi drabi.

Ara wkoll:

David Casa jgħid li r-rapport tal-PE joħroġ li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirriżenjaw

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar