“Egoiżmu sfrenat wassal biex kont f’xifer il-mewt, illum inħossni twelidt mill-ġdid”

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Ottubru 2019, Alfred Attard magħruf bħala Fredu l-coach, għadda minn esperjenza xokkanti hekk kif wara li telaq mill-ground ta’ Ta’ Qali kellu inċident tat-traffiku. Dan l-inċident wassal biex ġarrab diżabilità interna.

“Filli tkun b’saħħtek u ma jonqsok xejn, f’temp ta’ ftit sekondi ħajti nbidlet mill-lejl għal nhar, illum irrid ngħix b’ 27%  diżabilità interna, minkejja dan kollu nibqa’ pożittiv lejn il-ħajja” tenna Alfred. F’pajjiżna kawża ta’ inċidenti ta’ traffiku imutu bejn wieħed u ieħor 15-il persuna fis-sena.

“Ibeżżagħni ħafna s-sewqan veloċi” żied jgħid Attard “fil-każ tiegħi kienet se tintilef ħajja ta’ bniedem minħabba t-traskuraġni u nuqqas ta’ responsabbiltà”. Sena wara l-inċident jgħaddi messaġġ lis-sewwieqa; “suqu bil-mod u bil-galbu ħalli jekk għandu jseħħ aċċident iwassal biex jinbidel bumper u mhux tittieħed ħajja ta’ bniedem”.