Barranin
“Ejja noffru tama lill-immigranti u mhux nagħlqulhom il-bieb” – il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li m’għandniex nagħlqu l-bibien lill-immigranti, u li l-pajjiżi jridu jaħdmu aktar biex jibqgħu joffru tama lil min iħalli pajjiżu.

Il-Papa qal dan waqt l-Anġelus, fid-dawl tal-fatt li llum huwa l-Jum Dinji tal-Immigranti u r-Refuġjati.

Bergoglio fisser li lkoll għandna niġbdu ħabel wieħed mingħajr biżà u bla ma niġġudikaw lil ħaddieħor. Qal, li b’hekk biss jista’ jkollna dinja aktar inklussiva li ma tħalli lil ħadd iħossu bħal ħuta barra mill-ilma.

Il-Papa temm id-diskors tiegħu billi stieden lill-folla preżenti fi Pjazza San Pietru biex iżżur il-monument iddedikat lill-immigranti li jinsab barra l-Vatikan.