Lokali
Ekonomija b’saħħitha twassal għal żieda fit-tilwim industrijali?

Għalkemm l-istatistika tal-azzjonijiet industrijali fl-aħħar sentejn għadha mhux ippubblikata, fl-aħħar xhur inħass li kien hawn żieda sostanzjali ta’ tilwim industrijali, wara snin ta’ paċi industrijali relattiva.

Is-soċjologu l-Professur Godfrey Baldacchino, li jispeċjalizza fir-relazzjonijiet industrijali u t-trejdunjoniżmu, qal li mhux sorpriż li fl-aħħar xhur, Malta kellha żieda fl-azzjonijiet industrijali u t-theddid ta’ azzjonijiet industrijali minn diversi kategoriji ta’ ħaddiema. Huwa jattribwixxi dan għal diversi fatturi, fosthom l-aspettattiva tal-ħaddiema b’ekonomija li sejra tajjeb.

Il-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta Godfrey Baldacchino qal ”jekk ikollna s-soluzzjoni hija li jkollok ħafna aktar nies ifittxu x-xogħol, allura jkollok aktar minn fejn tagħżel u l-pressjoni fuq il-Gvern u mhux biss is-sid biex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tonqos, jekk din is-sitwazzjoni ma tirrealizzax ruħha fil-futur immedjat, allura dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet naħseb li se jitkattru.”

Is-sensazzjoni li t-tilwim industrijali żdied tinħass, għalkemm it-talba ta’ TVM biex dan jiġi kkwantifikat mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali ma ġietx imwieġba. L-unika statistika ta’ azzjonijiet industrijali minn dan id-Dipartiment tinsab b’sentejn lura, għall-2016 u l-2017.

Waqt li l-unions qed juru aktar snienhom b’azzjonijiet industrijali fost oħrajn mit-tobba, is-social workers, l-għalliema, il-ħaddiema tal-Wasteserv, l-infermiera, u l-ispiżjara tal-Gvern, il-Professur Baldacchino semma’ li s-soluzzjoni ta’ tilwima industrijali, bħalma ġara fil-każ tal-għalliema, iġġib magħha konsegwenzi fuq kategoriji oħra ta’ ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol tal-istess valur. Hekk qed jiġri fost oħrajn bl-għalliema fl-iskejjel privati u l-edukaturi fl-MCAST.

Din il-kategorija ta’ nies se tħares lil dawn in-nies u tgħid ”Tajba din. Dawn għandhom daqshekk ewro fis-siegħa u qed jaħdmu daqshekk sigħat, aħna għax m’għandniex ikollna l-istess ħaġa?” u l-unions jużaw din bħala bażi b’saħħitha biex jestendu l-kundizzjonijiet tal-impjieg minn settur għall-ieħor.

Il-Professur Baldacchino nnota, li s’issa, dan qed jolqot iżjed lill-ħaddiema tas-settur pubbliku. Madankollu, argumenta, li dan il-fenomenu jista’ jolqot aktar ħaddiema. Żied jgħid li l-azzjonijiet industrijali qed jagħmlu aktar ħoss, għax fl-aħħar snin kien hawn paċi industrijali relattiva f’Malta.

Fil-fatt, bejn l-2011 u l-2015 saru 13-il strajk, li nvolvew kważi 6,500 ħaddiem. Kien hemm ukoll tliet azzjonijiet industrijali fejn min iħaddem sakkar barra l-ħaddiema b’azzjoni ta’ lock-out li affettwat madwar 800 ħaddiema.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Eks-kuntistabbli tal-Pulizija, Jean Pierre Abdilla, li qed iservi sentenza ta’ 16-il sena ħabs fuq akkużi relatati mad-droga, ingħata €5,000 bħala kumpens morali mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem minħabba l-kundizzjonijiet xejn tajbin…

Saħħa

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet żjara fi sptarijiet f’Londra fejn pazjenti Maltin imorru għall-kura. B’kollox se żżur seba’ sptarijiet u tliet residenzi li fihom joqogħdu pazjenti u qrabathom….

Knisja Maltija

Pittura tal-Kardinal Malti Prospero Grech ingħaqdet mal-kollezzjoni tal-arti fil-Mużew tal-Katidral fl-Imdina. Il-pittura saret mill-artista Filippa Bianchi wara li studjat il-karattru tal-kardinal u semgħet mingħandu l-mod kif xtaq li tinħoloq ix-xbieha…

Unjoni Ewropea

Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kriminalità Finanzjajra u l-Evażjoni tat-Taxxa jrid li l-istati membri tal-Unjoni Ewropea jżarmaw il-programmi tagħhom li bihom jagħtu ċittadinanza jew residenza b’investiment. F’abbozz ta’ rapport imħejji mill-kumitat…

Aktar