Televiżjoni u Radju
Eks attriċi li wirtet in-namra għall-pittura mingħand missierha

Matul ħajjitha, Elsa Romei ħadmet f’diversi produzzjonijiet teatrali u televiżivi. Liema xogħol, Elsa għamlitu għal ħamsa u erbgħin sena.

Iżda, illum, Elsa x’sar minnha?

Illejla, Elsa se tkun mistiedna f’‘X’sar minnhom’. U, fost l-oħrajn, b’wiċċha minn quddiem se titkellem fuq il-karriera ta’ suċċess li kellha.

Elsa Romei, tirrakkonta wkoll xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tagħha. Fost l-oħrajn, Elsa tatha għall-pittura. Liema passatemp, wirtitu mingħand missierha.

‘X’sar minnhom’ jixxandar illejla fl-10.05pm fuq Television Malta.

 

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Kurżitajiet

Il-Karnival tant mistenni, aktarx l-aktar miċ-ċkejknin, jinsab magħna. Madanakollu, lil hinn mill-bluha u x-xalar li jikkaratterizzaw xi ftit jew wisq dawn il-jiem ta’ briju, ‘Sibtek’ illum jissokta b’programm ieħor mimli…

Storja

Fost l-aktar destinazzjonijiet ta’ interess li jinsabu qrib tagħna, u li huma pjuttost imfittxija mill-Maltin, Sqallija. Liema gżira, tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minnha, u li tħaddan għadd ta’…

Aktar