Kurżitajiet
Eks futbolers b’ċans ikbar li jmutu bid-dimensja

Eks futbolers professjonali għandhom tliet darbiet u nofs iktar ċans li jmutu bid-dimensja minn persuni oħra tal-istess età.

Dan ħareġ minn studju ġdid ikkummissjonat mill-assoċjazzjonijiet tal-futbol, wara l-mewt tal-eks futboler tal-West Brom, Jeff Astle, li ntqal li miet kawża ta’ daqqiet repetuti f’rasu.

Riċerkaturi fi Glasgow University qabblu l-imwiet ta’ ’l fuq minn 7,600 eks plejer tal-futbol fl-Iskozja ma’ 23,000 mewt mill-popolazzjoni ġenerali.

Minn dan l-istudju sabu li, minbarra bid-dimensja, l-eks plejers professjonali tal-fubol għandhom ħames darbiet iktar riskju li jimirdu bl-Alzheimer’s u darbtejn iktar ċans li jimirdu bil-Parkinsons, fost oħrajn.

Mill-banda l-oħra, l-istudju wera li l-futbolers għandhom riskju inqas li jmutu b’mard ieħor bħal dak tal-qalb u l-pulmun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fis-sigħat li għaddew reġa’ kien hemm protesti vjolenti fl-Istati Uniti fosthom qrib il-White House, li tqanqlu mill-qtil ta’ George Floyd. Diversi bliet ordnaw lir-residenti biex ma joħorġux mid-djar, iżda ħafna…

Barranin

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19. L-awtoritajiet kienu…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ir-Reġina li…

Televiżjoni u Radju

Apparti ‘L-Imnarja Żmien il-Qtil’ li f’dawn il-jiem Television Malta se jkun qed ixandar mill-ġdid mill-arkivji tal-PBS, għada jixxandar dramm ieħor tal-istess kittieb Malti, ‘Sefora’. F’kummenti lil tvm.com.mt, iben Ebejer, is-Sur Damian…

Aktar